Joseph Muscat  (19109 views)

What is Joseph doing now?

Moviment Gdid ghal Malta Ahjar
9 days ago  ·  Comment »

Age

35

Location

Burmarrad, Malta

Birthday

January 22
 
Advertisement

Info

http://josephmuscat.hi5.com - Send it to your friends

Age

35

Birthday

January 22

Location

Burmarrad, Malta

 

About Me

Dr Joseph Muscat hu l-Kap tal-Oppozizzjoni u l-Mexxej tal-Partit Laburista


Dr Joseph Muscat gie elett fil-Parlament Ewropew f’ isem il-Partit Laburista Malti fl-ewwel Elezzjonijiet Ewropej li saru f’ Malta f’ Gunju 2004. Huwa kien l-ewwel kandidat Laburista li gie elett f’ din il-kariga biex b’ hekk sar l-ewwel Membru tal-Parlament Ewropew tal-Partit Laburista.

Fil-Parlament Ewropew, Joseph huwa membru tal-Kumitat ghall-Ekonomija u Affarijiet Monetarji, il-Kumitat ghas-Suq Intern u Protezzjoni tal-Konsumatur. Fl-2007, huwa gie elett Vici President tal-Kumitat ghall-Ekonomija u Affarijiet Monetarji tal-Parlament Ewropew, biex sar l-ewwel Malti elett f' kariga simili. Huwa ukoll l-aktar persuna zaghzugha li qatt giet eletta bhala ufficjal ta' dan il-Kumitat importanti.

Fil-Parlament Ewropew, Joseph ha hsieb rapporti importanti hafna bhal dak dwar il-kontijiet tat-telefon cellulari (Roaming) kif ukoll rapport dwar il-bejgh u xiri tal-banek.

Joseph Muscat diga' kiseb rizultati konkreti fil-hidma tieghu fil-Parlament Ewropew, l-aktar fil-protezzjoni tal-konsumaturi bhal fil-kaz tat-tnehhija tat-taxxa fuq id-dixxijiet tas-satelliti, d-dritt li konsumaturi jaraw avvenimenti sportivi ewlenin minghajr hlas, u soluzzjoni ghal kwistjoni tar-registrazzjoni tal-medicini.

Huwa kien involut hafna ukoll fil-protezzjoni ta' l-ambjent, f' kazijiet bhal dak ta' l-incineratur ta' l-Isptar San Luqa, il-Power Stations tal-Marsa u Delimara, u l-Impjant tar-Riciklagg ta' Sant' Antnin.

Hadem ukoll fil-qasam tad-drittijiet tal-haddiema billi zgura protezzjoni ghad-drittijiet tal-haddiema fid-Direttiva tas-Servizzi, u ha diversi inizjattivi dwar is-sahha u sigurta' f' postijiet tax-xoghol f' diversi fabbriki f' Malta u Ghawdex. Joseph kien strumentali biex gew salvati l-postijiet tax-xoghol tal-haddiema tax-xatt.

Mil-lat socjali, Joseph Muscat huwa involut fl-Intergrupp Parlamentari dwar id-Dizabilita'.

Huwa rebah il-Premju Outstanding Young Person of the Year ghall-hidma politika tieghu matul l-2006.

Joseph Muscat huwa isem familjari ma’ hafna Maltin u Ghawdxin. Ghal hdax–il sena, huwa pprezenta u pproduca ghadd ta’ programmi ghat-televizjoni u radju, u stabilixxa lilu nnifsu bhala analista politiku regolari f’ gurnali bil-Malti u bl-Ingliz. Huwa kien wiehed mill-ftit nies fil-mezzi tax-xandir li kellu bazi soda ta’ ekonomija, billi huwa primarjament ekonomista u manager.


KULLEGG U UNIVERSITA’

Joseph twieled nhar it-22 ta’ Jannar 1974 u gej minn familja ta’ intraprendituri habrieka li jahdmu ghal rashom u ta’ bdiewa: nies li jafu li jridu jfendu ghal rashom u jassiguraw l-ghixien tal-familja taghhom. Missieru Salvu beda negozju ghal rasu fl-1978 filwaqt li ommu Grace kienet wahda mill-aktar hajjata maghrufa tal-pajjiz qabel ma rtirat mix-xoghol xi snin ilu.

Joseph attenda St Francis School, l-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Bahar, u l-Iskola Stella Maris qabel ma beda l-edukazzjoni sekondarja tieghu fil-Kullegg San Alwigi. Huwa jsostni li kiseb hafna mill-hiliet tal-management tieghu mill-Gizwiti, li rawwmulu fih sens ta’ dixxiplina u uzu tajjeb tal-hin. Joseph kompla bl-edukazzjoni post-sekondarja tieghu fis-Sixth Form tal-Kullegg San Alwigi qabel ma sar l-ewwel membru tal-familja tieghu li dahal l-Universita’ ta’ Malta.

Hemmhekk huwa dahal fil-kors tal-kummerc (Bachelor of Commerce) fejn specjalizza fil-Management u Public Policy. Tlett snin wara kiseb grad Second Upper f’ dawn l-oqsma.

Zmien l-Universita' kien ukoll zmien ta’ decizjonijiet ghal Joseph. Dejjem kellu x-xewqa li jkun attiv fis-socjeta’ civili, izda qatt ma kien migbud lejn il-politika lokali ghax ma kienx ihoss li kienet il-mezz addatat sabiex jinbidlu l-affarijiet. Fil-fatt, huwa ddedika ruhu aktar f’xoghol socjali u qatta z-zmien ta’ hidma fis-Sixth Form u Universita’ jahdem ma’ organizazzjonijiet li jghinu t-tfal.


INVOLVIMENT FIL-POLITIKA

Madankollu, il-bidliet li sehhew fil-Partit Laburista fl-1992, l-aktar l-elezzjoni ta’ Alfred Sant bhala Mexxej, biddlu l-mod ta’ kif Joseph kien ihares lejn il-politika. F’ Ottubru 1992, Dr Sant qal li kien hemm spazju ghal kulhadd fil-Partit Laburista u li dawk li jridu jaghtu l-kontribut taghhom ghandhom jersqu ‘il quddiem.

Joseph, li gej minn familja b’ fehmiet politici differenti, iddecieda li jittestja kliem Alfred Sant. Kien hawnhekk li huwa inghaqad ma’ l-istazzjoni tar-radju tal-Partit Laburista, Super ONE u fi ftit taz-zmien sar parti minn grupp ta’ gurnalisti mmexxija minn Evarist Bartolo. Dan kien l-istess grupp li welled il-gurnal KullHadd u Super ONE Television.

Sadattant, Joseph kompla bl-istudji tieghu u kiseb Baccellerat bl-Unuri fil-Public Policy. It-tezi tieghu dwar l-iffinanzjar pubbliku tal-partiti politici kisbet l-oghla marki f’ dan il-kors. Dan heggu biex ikompli jistudja ghal grad ta’ Masters fl-Istudji Ewropej fil-European Documentation and Research Centre ta’ l-Universita’ ta’ Malta. Huwa sar wiehed mill-ewwel grupp ta' studenti li temm dan il-kors. Minhabba li l-ekonomija hija wahda mill-ispecjalizazzjonijiet tieghu, Joseph iffoka t-tezi tieghu fuq it-trasposizzjoni tal-politika ta’ l-Unjoni Ewropea fuq intraprizi zghar u medji f’ zewg pajjizi membri ta’ l-Unjoni Ewropea, jigifieri Spanja u l-Portugal.

'IL QUDDIEM

Il-Professur Godfrey Pirotta, li llum imexxi d-Dipartiment tal-Public Policy fl-Universita’ ta’ Malta, u Dr Mario Vella, espert fil-qasam ta' l-industrija, segwew l-progress akkademiku ta’ Joseph u heggewh biex jibda d-Dottorat tieghu fl-Ekonomija. Il-proposta ta’ Joseph dwar ricerka innovattiva dwar intraprizi zghar u l-multinazzjonali intlaqghet mill-Universita’ ta’ Bristol fir-Renju Unit. Joseph kiseb din il-Ph.D fl-2007 wara li ddefenda b' success it-tezi tieghu.

Sadattant, Joseph beda jiehu rwol aktar attiv fil-politika. Huwa rrealizza li l-involviment tieghu fil-mezzi tax-xandir ma kienx se jkun kontribut bizzejjed ghal bidla. Fl-1994 huwa involva ruhu fil-Forum Zghazagh Laburisti (FZL) bhala Segretarju Finanzjarju, Deputat Chairperson u Agent Chairperson. Fl-1995, fl-eta’ tal 21 sena, huwa ha l-pass kuragguz li jikkontesta ghal wiehed mill-ghaxar positijiet fuq l-Ezekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista. Gie elett u sar wiehed mill-izghar membri qatt eletti fl-Ezekuttiv u zamm dan il-post ghal sitt snin sall-2001 meta gie nominat ghal post ta’ Segretarju Edukattiv tal-Partit Laburista. Huwa ma giex kontestat u zamm il-kariga ghal tlett snin.

Bejn l-1997 u 1998 huwa ta sehem importanti fl-implimentazzjoni ta’ l-istrategija industrijali tal-Gvern Laburista. Huwa kien parti mill-grupp li waqqaf l-Istitut ghall-Promozzjoni ta' l-Intraprizi z-Zghar (IPSE), li gie mwaqqaf bi ftehim ma’ l-Unjoni Ewropea u li nghata fondi Ewropej ghar-ristrutturar ta’ l-industrija. Joseph kien parti mill-grupp li gab dawn il-fondi.

Aktar tard huwa kompla bix-xoghol tieghu fl-industrija tas-servizzi finanzjarji mall-Crystal Finance Investments, rapprezentanti f’ Malta tal-bank Svizzeru UBS.


PROGETT INTERESSANTI

Fl-2001, il-Partit Laburista inkariga lil Joseph bit-tmexxija ta’ progett importanti u gdid: kanal ta’ informazzjoni fuq l-internet li kellu jwassal il-messagg tal-Partit bl-Ingliz. F; dan il-progett, Joseph gabar flimkien grupp ta’ hbieb biex iwelldu wahda mill-aktar esperjenzi medjatici eccitanti ta’ dawn l-ahhar snin: maltastar.com. Fit-tieni sena ta’ ezistenza taghha, maltastar.com rebhet nominazzjoni fil-Malta Journalism Awards (Joseph kien diga gie nominat darba ohra) u giet ikkwotata mill-BBC World u Canale 5.

FAMILJA


Joseph huwa mizzewweg lil Michelle nee’ Tanti, gradwata fil-Kommunikazzjoni, l-Ingliz u l-Edukazzjoni. Michelle hadmet bhala Assistenta Personali tal-Ministru Charles Buhagiar u wara tal-Kap ta’ l-Oppozizzjoni Alfred Sant. Illum il-gurnata Michelle ghandha prattika privata fil-marketing u kommunikazzjoni. Fl-2007, il-familja Muscat irduppjat f' daqqa! Dan meta Michelle welldet lil bniet tewmin Etoile Ella u Soleil Sophie.

Matul is-snin Joseph serva bhala membru tal-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh, il-Kummissjoni Nazzjonali ghall-Moralita Fiskali u d-Djalogu Ewro-Gharbi tal-Kunsill ta’ l-Ewropa. Huwa kien ic-Chairperson tal-Kumitat tal-Mediterran tal-International Union of Socialist Youth (IUSY) waqt il-laqgha ta’ Malta fl-1999, u attenda bosta laqghat tal-European Young Socialists (ECOSY) f’ isem il-Forum Zghazagh Laburisti.


KARIGA DIFFICLI

Fl-2003, Joseph Muscat gie nnominat bhala parti minn grupp ta’ hidma, immexxi minn Dr George Vella u Evarist Bartolo, li fassal il-politika gdida Laburista dwar l-Unjoni Ewropea.

Izda l-aktar kariga difficli u ta’ sfida kienet dik ta’ President tal-Konferenza Generali Annwali tal-Partit Laburista f’ Novembru 2003. Id-delegati nnominawh biex imexxi wahda mill-aktar konferenzi generali sensittivi ghal bosta snin u li kellha tiehu decizjoni dwar il-politika tal-partit dwar l-UE. Fl-eta’ ta’ 29 sena, Joseph kien l-izghar persuna li nghata din il-kariga. Il-konferenza kienet immarkata b’ mumenti emozzjonali izda hafna delegati rrimarkaw li l-kalma u s-sens ta’ bilanc ta’ Joseph kienu elementi mill-aktar importanti ghas-success tal-konferenza.


SPORT, QARI U MUZIKA

Joseph ihobb hafna l-isport u jittrenja b’ mod regolari. Huwa jhobb it-table tennis u l-football. Lokalment izomm mar-Rabat Ajax filwaqt li fix-xena internazzjonali huwa marbut ma’ AC Milan.

Joseph ihobb hafna ukoll il-muzika, specjalment ir-rock progressiv. Huwa ghandu kollezzjoni kbira ta’ materjal tal-grupp Marillion u kuntent hafna li anki rnexxielu jiltaqa ma’ l-ex frontman taghhom, Fish darbtejn. Genesis, Offspring, Bruce Springsteen, Coldplay u Moby huma fost l-artisti favoriti tieghu.

Huwa jhobb hafna ukoll il-qari bl-awturi favoriti tieghu ikunu Philip Roth, C.J. Sansom, Alexander McCall Smith u Tracy Chevalier.

Interests

Il-vizjoni tieghi ghall-Partit Laburista

Pajjizna ghandu bzonn riformi ambjentali, socjali u ekonomici kbar biex jilhaq il-livelli ta’ zvilupp tal-pajjizi shabna fl-Unjoni Ewropea.

Partit Laburista imsahhah, mibdul u pozittiv huwa l-ahjar mod kif dawn ir-riformi isiru b’ mod li jghaqqdu flimkien lis-setturi kollha tas-socjeta: minn impjegati ghal negozjanti; minn zghazagh ghal nisa; minn hassieba ghal dawk li jghixu barra l-pajjiz.

Biex dan isehh irridu nibdew issa u minghajr dewmien nibnu moviment kbir li jigbor fi hdanu l-ahjar elementi ta' pajjizna. Moviment li jmur lil hemm mill-Partit Laburista u li jinkludi kull minn ghandu idejat innovattivi u progressivi, kull minn ghandu l-hila u l-inizzjattiva li jwettaq progetti li joholqu il-gid, u kull min tabilhaqq xeba' bil-qerda ta' l-ambjent.

Biex il-Partit Laburista jirnexxielu jigbor madwaru moviment wiesgha bhal dan jehtieg l-ewwel nett li jissoda minn gewwa. Jehtieg ukoll li jkollu Mexxej li huwa kapaci jigbed is-simpatija u jirbah ir-rispett mhux biss ta' dawk li kienu u baqaw l-attivisti tieghu matul is-snin, imma anki ta' dawk li ma baqawx jhossuhom parti minnu u sahansitra ta' min qatt ma hassu qrib tieghu.

Nemmen li nista’ nkun il-persuna li nghaqqad flimkien dawn l-elementi kollha biex inwasslu ghal Gvern Laburista sa' l-2013 sabiex inwettqu l-aspirazzjonijiet taghna ghal poplu u pajjizna. Nemmen li nista’ naghti vizjoni u energija biex sa’ 60 xahar iehor inkunu maghzula mill-poplu biex imexxu lil pajjizna.

Il-pedament ta’ dan il-progett huma iz-zghazagh, kategorija li fl-ahhar snin ma irnexxielniex nattiraw bizzejjed lejna. Irrid nuri lil shabi zghazagh li mal-Partit Laburista u fil-moviment li ser noholqu flimkien jistghu ikunu parti minn Generazzjoni Rebbieha.

Ghalhekk, wara li tkellimt mal-familja u ma bosta persuni ohra, wasalt ghad-decizjoni li nressaq n-nomina tieghi ghal kariga ta' Mexxej tal-Partit Laburista meta jifthu n-nominazzjonijiet.

B'hekk, wara l-esperjenza tieghi fl-akbar istituzzjoni demokratika fid-dinja, il-Parlament Ewropew, inkun nista' nkompli nservi lill-pajjizi b'mod aktar dirett.

In-nomina tieghi qed nitfaha minghajr l-ebda kundizzjoni. Jekk nigi elett, lest li nahdem ma’ kull persuna maghzula mill-Partit Laburista bhala Deputati Mexxejja u fil-karigi kollha l-ohra.

Fil-gimghat li gejjin se nkun qed niltaqa ma’ dawk kollha involuti biex nisma minghandhom u nispjega l-programm ta’ hidma tieghi.

Favorite Music

Genesis, Offspring, Bruce Springsteen, Coldplay and Moby.My favourite music genre is progressive rock, I`m the proud owner of rock band Marillion`s collections and met their ex front man Fish on two occassions.
 

Favorite Books

I enjoy reading and my favourite authors are Philip Roth, C.J. Sansom, Alexander McCall Smith and Tracy Chevalier.
 

hi5 Games

Play hi5 Games

Joseph hasn't played any games recently.

 

Journal

View All 135 Entries    Add Comment

L-iskandli ta’ korruzzjoni u kontabbiltà mhumiex
accettabbli f’pajjiz modern Ewropew -Joseph Muscat


L iskandli kbar ta’ korruzzjoni u ta’ kontabbilità li qed jigru fil pajjiz bhalissa fosthom l-istejjer dwar il-kuntratt tal power station li qed iwasslu biex in nies titlef il fiducja fis sistema politika. Ghall Partit Laburista dan mhuwiex accettabli f’pajjiz modern Ewropew.

Il Mexxej Laburista Joseph Muscat qal dan waqt il-Laqgha Generali Annwali tal-Forum Zghazagh Laburista, fejn nsista li ghall Partit Laburista, dawn l affarijiet mhumiex accettabli f’pajjiz modern Ewropew.

Huwa qal dan meta rrefera ghall ahhar zviluppi fis saga tal ghoti tal kuntratt ghall estensjoni tal power station ta’ Delimara lill kumpanija Daniza BWSC.

Ghalija mhux standard normali u accettabbli li jkollok persuna li tiftahar b’ konnessjonijiet ma’ politici u tiehu commissions ta’ miljuni biex jintrebhu l kuntratti. Mhux normali li jkollok sitwazzjoni fejn f’nofs tender tinbidel il-ligi. Izda ghall-Gvern Nazzjonalista jidher li dan huwa accettabbli.

B’hekk il Partit Laburista mhux se jaghlaq ghajnejh ghall korruzzjoni, ghax din hija taxxa ohra li qed ikollhom ihallsu l-familji habrieka Maltin u Ghawdxin.

Il Mexxej Laburista sostna li l-kaz tal-power station huwa wiehed minn sensiela ta’ skandli kbar ta’ kontabbilità u li qed iwasslu biex in nies titlef il fiducja fis sistema politika ta’ pajjizna.

Dawn l affarijiet m’ghandhomx ikunu tollerabbli f’pajjizna, qal Joseph Muscat.

Jien mhux qied f’partit li jaghlaq ghajnejh ghall-korruzzjoni.Ma jistax ikun ikollna sitwazzjoni fejn ghandek flus il-poplu jigu misruqa b’dan il mod u ma titkellmix. Ma jistax ikun nittolleraw din il-waqa’ fl-istandards tal-politika u tal-hajja civili f’pajjizna, qal Joseph Muscat.

Il-Mexxej Laburista tkellem ukoll fuq il process ta’ tigdid tal Partit Laburista u appella liz zghazagh biex ma jiddejqux imexxu ’l quddiem l ideat progressivi fi hdan il-PL.

Dwar il-mozzjoni mressqa mill-Forum Zghazagh Laburisti dwar id dhul tad divorzju bhala dritt civili, il Mexxej Laburista tenna l impenn tieghu li jahdem biex jigi introdott dan id-dritt f’ pajjizna.

Widgets

 

 

hi5 Gifts

Give a Gift    Get hi5 Coins    View all

Joseph has no unwrapped gifts.
 

Comments | View All Entries

Leave a comment for Joseph

Dec 20 3:56 AM
kelly says:
 
Happy Christmas and Happy New Year
From Azzopardi family wishing to you and your family all the best.And we wishing you also for the future as a leader of mlp and we look forward to see you as a prime minister as the country needs you urgently
God Bless U All
 
 
 
Dec 17 11:37 AM
 
nixtieqlek u lfamilja tieghek kolla il milied u sena tajba
 
 
Dec 15 10:29 AM
 
ghaziz mexej tana pls ghamel hiltek u waqaw min emm il gonzi ax miskin mux kapaci imexi
 
Dec 15 8:10 AM
 
prosset kbira tmur ghaliek u ghat team kollu nawguralhekk xewqat sbueh min-ghandi u l-familja tijej kolla l-milied it-tajjeb u sena tjjba wkoll qe heh grazzi cawcaw dr muscat..
 
Dec 14 4:01 PM
 
Ghaziex Dr Muscat. Nawgurawlek kull success ghas-sena 2010 flimkien ma Milied hieni u b hidma ghall-poplu Malti kollu.
 
Dec 14 9:32 AM
chris says:
 
hello dr joseph prosit il poplu kollu ta somma sabiha li ingabret proset kbira 205.000 euro gbarna tajjeb ahna min ghand il fqir u mux min ghand is sinjuri dawk ovja li jatu iktar imma ma jatux ta xejn ta ahna li natu mil qalb u mux bil kurozjoni prosit
 
Dec 11 11:32 AM
Clint says:
 
id delizju tal kacca sar li jekk taghmel dellit tmur ahjar ghax tohrog bi plegg u jekk tkun xi pusher ta droga tohrog il liberat ghax thallas in nies u jehilsuhilek jew ikolok it terzi persuni imdahlin,izda jekk tinqabad ghall kacca tehhel 1000 euro kiesah u biered tali tkun kwiet ma dejjaq il hadt go ghalqa fix nistaw nigu aktar dan il pajjiz
 
 
Dec 10 10:20 AM
MALTA says:
 
[url=http://www.glitter-graphics.com][img]http://dl4.glitter-graphics.net/pub/2613/2613234z0zcfybn8x.gif[/img][/url]
 
Dec 2 3:43 AM
chris says:
 
thanks for the add dr joseph is the best one
 
Nov 30 12:13 PM
 
hello josheph int the best alavolja adna zghar ax il joshep nivotaw u joshep the best hij viva via lil joshep
 
Nov 28 12:59 PM
 
Hi Joseph,

Aktar ma jghaddi zmien aktar qieghed nara l-abbilta' li inti mzejjen biha bhala mexxej tal-Partit taghna l-haddiema u bhala l-mexxej ta' pajjizna fi zmien hekk mhux 'il boghod.
Minn qalbi ukoll irrid nirringrazzjak bil-quddiem talli ghogbok taghtini hames minuti mill-hin prezzjuz tieghek sabiex niltaqa' mieghek biex nipprezentalek it-tliet (3) kotba tieghi, li minn qalbi sejjer nghaddihomlok bhala radd ta' hajr ghall-hidma bla waqfien li b'hegga u determinazzjoni kbira qieghed taghmel ghall-moviment tal-progressivi Maltin - "moviment" li minn dejjem kien ix-xewqa tieghi tul dawn l-ahhar tletin sena kemm ilni membru, u delegat (fis-snin tmenin) fil-Partit Laburista... Nixtieq nghidlek li f'dawn it-tliet (3) kotba hemm ippubblikati gabra ta' novelli minn tieghi li jien nikteb ghall-programm "In-Novella", fuq "Super One Radio", kif ukoll, ir-rumanz qasir, "L-Istallett tal-Fidda", li ukoll instema' fuq l-istess stazzjon radjufoniku...
Flimkien mal-familja tieghi naghtuk kull appogg fit-tmexxija tal-partit lejn rebha laburista.

Tislijiet,

anthony.
 
Nov 24 3:00 AM
 
MTS TOWING SERVICES
qet jofrilek is-servizz tieghu ghall 24hrs kuljum mit-tnejn sal-hadd.
MTS qet jaghmel dan billi joffrilek ghall prezz fantastiku ta 20euros ta' sena member ship.
ghall ewwel 50 li jcemplu biex jissiehbu ma MTS TOWING SERVICES ikollhom skond ta 20% service fil-karozzi tahhom.
mela issieheb ma' MTS TOWING SERVICES u tkunu qeghdin tgawdu minn dawn l-offerti sbieh
GRAZZI MARTIN
MOB NUM: 99494793 JEW 79920123
 
Nov 21 6:59 AM
angel says:
 
proset x'erba kelmit tajtu.
vera ma nifilhux lil dan il gvern .kissirna u vera ma jghid xejn
viva labour
 
Nov 21 5:32 AM
 
al xi xoghol ta l alumilium contact me . viva labour u viva joe muscat il mintoff iz zghir ta malta proset keep it up ax qeridna dal gvern
 
Nov 19 3:30 AM
 
Proset Joseph . Tghidx kemm jien ferhana bik li qed tahdem ghalina u ghal futur taghna . ahna riduk joseph pero nispera limeta titkellem dak li tghid twettqu jien igifiri naf ta li ser twettaq dak li tghid mhux bhal dal-mostru li ghandna jaqq iqallani . joseph jien ghandi tifel ta sentejn u kont xtrajt meta kelli 18-il sena istra gharukaza b dal gvern bil kemm nista nitrabba jien u ahseb u ara dal povru tifel . ma nafx fejn se naslu jien jekk ha nkomplu mexjin hekk. issa mhux hekk ta issa ergajna olejna l kontijiet tad dawl u l-ilma ha nigu ottu mhux hekk . naqr ohra niklu l xuxin jonqos gax aqas flus fl-idejn mhu ser jibqa . imma m hemmx x tamel nistennew u naraw fejn ser jitfana dan gonzi . Joseph jien bhal ta qabli nawguralek bis-shih li tilhaq inti priministru ha nehilsu min dal gvern ghax iktar mill antik ha nbatu . joseph grazzi hafna hafna tax-xoghol li qed taghmel ghalina . Joseph nixtieq naqsam mieghek zewg kelmiet li milnix kemm smajt , jien bqajt skantata lejom imma ha najdomlok ta : mela l-ahhar darba kont qedgha got-tal-linja u warajja kien hem zewg nisa ohra forsi ghandom xi 40 xi hag hekk , u bdew jitkellmu fuq il-politka u bdew jajdu jien ma nivotta il hadd u bdew sejrin jajdu purcinell min joqod jigiled fuq il-politka ghax kem gonzi u kemm muscat fuq it-televixin il-hin kollu jiletikiaw qisom kel u qattus bdew jajdu umbad tarom go xi hanut jixorbu flimkien jien il-vera thaxwixt jew ghax lilek namirak jew ma nafx u tajdx kemm bdew jajtu , ghax ghalija dak mhux diskors fuq tal-linja . niftakar darba kont qed nisma lilek tghid " we are all labour" " spicca dak iz-zmien fejn dak nazzjonalist jew dak laburist " ill vera amirajtek kont dakinhar. joseph ha nieqaf hawn ghax nahseb gej xi naqra twil dal kumment imma dejjem nghid li se nhallilek xi haga u qatt ma nhalilek imma fl-ahhar sibt naqa cans. mela xi nghidlek ~ grazzi ta kollox u kompli ahdem ghalina ghax hidmietek kienu ghadom u se jkomplu jamlu success kemm ghalik ,ghalina u ghal mata kollha . grazzi joseph .
 
Nov 17 6:08 AM
 
PROSET DR.MUSCAT KEMM IRISPONDEJTU SEWWA LIL DAK IL PURCINELL TA GVERN LI GHANNA,KEEP IT UP AHNA DEJJEM WARAJK SAL MEWT.FAMILJA MUSCAT MILL HAMRUN.

Title
body
 

Purchase additional coins

You need an additional: hi5 Coins hi5 Coins

Get Coins No Thanks